Erba’ suldati Libjani jinqatlu fi ġlied fin-Nofsinhar tal-pajjiż

Minn tal-inqas erba’ suldati Libjani nqatlu l-Ġimgħa meta forzi leali lejn Khalifa Haftar iġġieldu ma’ grupp armat lokali biex komplew jespandu lejn in-nofsinhar, skont uffiċjali fil-militar. Intant l-Għaqda Dinjija għas-Saħħa ddikjarat li nqatlu propju 14-il persuna.

Il-Libja ilha għaddejja bil-ġlied minn meta nqatel Muammar Gaddafi fl-2011, b’bosta amministrazzjonijiet u gruppi armati jippruvaw jaħkmu kontroll fuq kemm jista’ jkun żoni tal-pajjiż.

Il-ġlied li sar ilbieraħ il-Ġimgħa, kienet l-ewwel reżistenza li affaċċjat l-Armata Nazzjonali tal-Libja minn meta waslet fin-Nofsinhar madwar ġimgħatejn ilu. Qabel kienet qed tokkupa l-Lvant ta’ Benghazi.

Uffiċċjal tal-Għaqda Dinjija tas-Saħħa qal li ġlied wassal għall mewt ta’ 14-il persuna u 64 ġarrbu ġrieħi. Spjega li l-maġġoranza ta’ dawn kienu ta’ kontra l-armata. Madanakollu, skont Reuters, ma kien hemm l-ebda informazzjoni oħra dwar il-każ.