Erba’ siti ta’ Heritage Malta jirċievu ċertifikat t’eċċellenza minn TripAdvisor

Erba’ siti ta’ Heritage Malta ingħataw ċertifikat t’Eċċellenza għas-sena 2013 minn TripAdvisor, l-ikbar sit ettroniku fid-dinja dedikat għall-ivvjaġġar.

Il-Mużew Nazzjonali tal-Gwerra, il-Mużew Nazzjonali tal-Arkeoloġija, il-Palazz tal-Inkwiżitur u l-Palazz tal-Granmastru irċivew dan ir-rikonoxximent li jingħata biss lil dawk is-siti li b’mod konsistenti jirċievu kummenti tajbin ħafna fuq TripAdvisor.

Biex sit jew negozju jikkwalifika għaċ-Ċertifikat t’Eċċellenza irid jżomm rating ta’ erba’ jew ħames stilel, skont dawk li jibagħtu l-kummenti tagħhom fuq TripAdvisor.

Kriterji oħra jinkludu n-numru ta’ kummenti li jintbagħtu.