Erba’ Rumeni akkużati bi 23 serqa

Il-Pulizija arrestat erba’ persuni Rumeni wara li investigazzjonijiet mill-pulizija kkonfermaw il-konnessjoni ma’ numru ta’ każi ta’ serq.

F’Mejju ta’ din is-sena, il-Pulizija rċeviet bosta rapporti dwar barranin li kienu qed jisirqu minn passiġġiera fuq tal-linja kif ukoll fuq persuni li jkunu qed jistennew fuq il-bus-stops.  

Fost l-affarijiet li ġew irrapurtati misruqa kien hemm mowbajls u wallets. Minn wara dawn ir-rapporti, il-pulizija intensifikat l-istħarriġ tagħha sakemm arrestat erba’ Rumeni, akkużati b’23 serqa f’dawn l-aħħar ġimgħat.

Hu mifhum li s-suspettati kienu qed jaħdmu fi grupp.