Erba’ Rumeni akkużati b’serq mill-bwiet

Erba’ Rumeni ngħataw sentenza ta’ 13-il xahar ħabs wara li nstabu ħatja li serqu mill-bwiet tan-nies.

Marius Stefan ta’ 34 sena, Razvan-Aurel Stefan ta’ 32 sena, Marian Ciucisan ta’ 51 sena u Alexandra Buzatu ta’ 32 sena nstabu ħatja mill-Maġistrat Giovanni Grixti li wettqu 24 serqa.

Is-serq sar mill-Belt, tas-Sliema u anke minn fuq karozzi tal-linja u fil-mira tagħhom kien hemm turisti u persuni anzjani.

Il-Maġistrat kellu kliem iebes fil-konfront ta’ min qed jisraq mill-bwiet. Qal li dan hu fenomenu ġdid f’Malta u ċirku ta’ kriminalità organizzata.

Jirriżulta li minn Jannar sa Mejju li għadda kien hemm 250 serqa mill-bwiet.