Erba’ persuni jaqbżu l-baħar isalvaw mara f’Tas-Sliema

Read in English.

Mara li sabet ruħha f’diffikultà waqt li kienet qed tgħum f’Tas-Sliema ġiet salvata minn membri tal-Forzi Armati ta’ Malta.

L-inċident seħħ għall-ħabta tas-1pm fiż-żona tax-Chalet, fejn il-mara sabet ruħha f’diffikultà waqt li kienet qed tgħum. Erba’ persuni li nzertaw kienu għaddejjin mill-akwati qabżu fil-baħar imqalleb bil-għan li jgħinuha u jsalvawha.

Fuq il-post issejħet l-għajnuna tal-Forzi Armati ta’ Malta li salvaw lill-persuni involuti permezz ta’ patrol boat.

Il-kundizzjoni tal-mara għadha mhix magħrufa.