Erba’ persuni involuti f’ħabta, raġel fil-periklu tal-mewt

Żagħżugħ ta’ 23 sena jinsab fil-periklu tal-mewt wara ħabta fin-Naxxar, li seħħet fis- 1.30am fi Triq Jean Houel.
Iż-żagħżugħ residenti l-Ħamrun ħabat ma’ karozza oħra misjuqa minn żagħżugħ ta’ 19-il sena min-Naxxar.
Miegħu kellu passiġġier ta’ 16-il sena mill-Fgura li ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi ħfief.
Fl-inċident weġgħet ħafif ukoll mara ta’ 55 sena minn San Ġiljan.
L-erba’ persuni ttieħdu l-Mater Dei għal kura.
Il-Pulizija qed tinvestiga l-każ.

Ritratt: The Malta Police Force