Aġġornata: Ħames persuni l-isptar wara inċident fiż-Żejtun

Ħames persuni barranin iddaħħlu l-isptar wara inċident fiż-żona ta’ Bir id-Deheb fiż-Żejtun.
Il-ħabta seħħet fi Triq il-President Anton Buttigieg ftit wara 12.30pm.
Il-karozzi involuti kienu misjuqa minn Sirjan ta' 21 sena u Ġermaniż ta' 58 sena. 
Ġermaniża ta' 51 sena, li kienet passiġġiera f'waħda mill-karozzi, inqabdet fil-vettura,
Kemm il-Ġermaniża, kif ukoll is-sewwieq ta' 58 sena ttieħdu l-isptar, fejn irriżulta li ġarrbu ġrieħi gravi.
Is-sewwieq l-ieħor u żewġ passiġġieri li kellu miegħu, ittieħdu l-isptar ukoll. Huma sofrew ġrieħi ħfief. 
Membri tal-Protezzjoni Ċivili flimkien mat-timijiet mediċi ħarġu lil dawk midruba minn ġol-karozzi.
Għal xi ħin it-triq kienet magħluqa għat-traffiku.