Erba’ persuni arrestati wara serq ta’ cables minn impjant privat

Erba’ persuni li l-età tagħhom tvarja bejn il-25 u t-38 sena qed jinżammu arrestati wara li kien qed isir serq ta’ xi cables minn impjant privat fi Triq l-Industrija, f’ Ħal Kirkop.

Kien għall-ħabta tal-ħdax tal-Ġimgħa filgħaxija meta ġuvni ta’ 28 sena kien osservat jixxabbat ma’ ħajt sabiex jipprova tidħol fl-impjant. Fl-istess żona, l-Pulizija rnexxielha taqbad tliet irġiel oħra.

Nifhmu li dawn l-erba’ persuni mistennija jitressqu l-qorti fil-jiem li ġejjin.