Erba’ Maltin se jipparteċipaw fil-logħob dinji tal-bowling f’Las Vegas

Mark Spiteri, Dennis Mercieca, Kenneth Arpa u Steve Cassar se jittantaw xortihom fil-logħob dinji tal-bowling f’Las Vegas. Huma ntagħżlu wara li spiċċaw fl-ewwel postijiet skont il-kriterji ppreżentati mill-assoċjazzjoni. Huma ħadu l-punti skont il-logħob tal-league, it-tournaments u l-kampjonati nazzjonali.

Il-Maltin se jkunu qed jieħdu sehem fis-singles, id-doubles, tim, all events u l-masters. F’din il-kompetizzjoni – is-Senior World Bowling Championships – se jieħdu sehem 162 raġel u 106 mara minn 42 pajjiż differenti. Il-kompetizzjoni se ssir bejn it-2 u l-10 ta’ Settembru. Uħud mill-parteċipanti huma magħrufa sew. Fost il-professjonisti se jkun hemm Walter Ray Williams Jr. u Parker Bohn III.