Erba’ Maltin arrestati fuq serq f’Verona

Erba’ Maltin ġew arrestati mill-pulizija fl-Italja fuq suspett ta’ diversi serqiet minn stabbilimenti u l-lukanda li kienu qed joqogħdu fiha.

Il-Maltin, li kienu fuq btala f'Verona, kienu fost 11-il persuna li ġew arrestati fuq serq. 

Huma tressqu l-qorti fejn ingħataw sentenza ta’ tliet xhur u nofs priġunerija, li jistgħu jkunu sospiżi.

Il-Maltin kellhom jirritornaw Malta nhar it-Tnejn filgħaxija fuq titjira tal-linja tal-ajru Air Malta.