Erbgħa l-isptar wara ħabta f’Għawdex

Erba’ persuni ddaħħlu l-isptar wara li kienu involuti f’inċident tat-traffiku f’Għawdex.
Newsbook.com.mt huwa infurmat li kien għall-ħabta tas-7.30pm fit-Triq ta’ Wara s-Sur fir-Rabat, meta ntilef il-kontroll tal-karozza li konsegwentament daħlet f’kantuniera ta’ dar.
Kelliema għall-Pulizija qalet ma’ Newsbook.com.mt, li huwa mifhum li l-persuni ġarrbu biss ġrieħi ħfief.