Erba’ Kummissarji Ewropej jirriżenjaw wara li ġew eletti fil-Parlament Ewropew

Il-Viċi Presidenti tal-Kummissjoni Ewropea Viviane Reding, Antonio Tajani u Olli Rehn kif ukoll il-Kummissarju Levandowski irriżenjaw mill-pożiżżjoni taghħom wara li ġew eletti fil-Parlament Ewropew.
B’kollox ġew eletti seba’ Kummissarji Ewropej iżda tlieta minnhom irrifjutaw li jieħdu din il-pożizzjoni ġdida.
Ġew nominati wkoll erba’ Kummissarji ġodda minflok dawk eletti.
Fost in-nominati hemm il-Finlandiż Katainen li se jieħu post Rehn fil-qasam ekonomiku.
Il-President tal-Kummissjoni Ewropea ħatar ukoll lil Michael Barnier u lil Günther Oettinger bħala Viċi-Presidenti għall-bqija tal-mandat.