Ritratti: Erba’ karozzi f’ħabta fl-Imsida

Għall-ħabta tat-8.30 am, erba' karozzi kienu involuti f'inċident tat-traffiku fl-Imsida.

Il-karozzi kienu sejrin mir-roundabout tal-Kappara fid-direzzjoni tal-mina ta' taħt ir-roundabout tal-Università. 

Il-ħabta seħħet eżattament qabel il-mina. 

Ħadd ma weġġa' f'dan l-inċident, madanakollu nġemgħa ħafna traffiku fl-inħawi.

 

Ritratti: Gabriel Schembri