Aġġornata: Tnax imutu fi sparatura f’Bażi Navali Amerikana f’Washington

Huma tnax il-persuni mejta li fi sparatura li seħħet fil-bini tal-Kwartieri Ġenerali tal-Bażi Navali Amerikana. Kelliem għan-Navy Amerikana qal hemm numru ta’ feruti fosthom żewġ pulizija. Hu mifhum li kienu tlieta l-persuni li sparaw f’dan l-attakk.

Il-Pulizija ta’ Washington għaddejja minn operazzjoni biex taqbad tnejn mit-tlett agressueri wara li wieħed minnhom intlaqat minn tiri sparati mill-pulizija u miet. S’issa għadu mhux magħruf jekk l-aggressur li ltlaqat hux mejjet.

Il-Kap tal-Pulizija f'Washington, Cathy Lanier ikkonfermat l-ammont tal-vittmi u qalet li s'issa l-mottiv wara dan l-attakk għadu mhux magħruf.

Bħala parti minn din l-operazzjoni t-titjiriet kollha mir-Reagan National Airport f’Washington kienu miżmuma milli jitilqu.

F'kumment dwar l-inċident il-President Amerikan, Barack Obama qal illi se jassigura li dawk li wettqu dan l-attakk kodard se jinżammu responsabbli.