Erba’ inċidenti fatali bejn April u Ġunju

Bejn April u Ġunju f’Malta seħħew erba’ inċidenti fatali tat-traffiku.

Skont ċifri maħruġa mill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika, b'kollox fl-istess perjodu saru 3,746 inċident.

L-aktar lokalitajiet li fihom seħħew inċidenti tat-traffiku huma Ħal Qormi segwiti mill-Marsa, Birkirkara, San Pawl il-Baħar, Imsida, Mosta, Gżira, Tas-Sliema, San Ġiljan u n-Naxxar.  

Kien hemm aktar irġiel milli nisa li kienu involuti f’dawn l-inċidenti.