Erba’ ħaddiema volontarji Kattoliċi għebu fl-Iraq

Membri tal-SOS Chretiens d'Orient f'waħda mill-missjonijiet fl-Iraq

Erba’ rġiel, membri tal-organiżazzjoni SOS Insara tal-Lvant, għaqda Franċiża nisranija li kienu qed jaħdmu fl-Iraq, għebu nhar it-Tnejn li għadda f’Baghdad.

L-aġenzija tal-aħbarijiet FIDES qal li dawn l-erba’ ħaddiema kienu f’Baghdad biex iġeddu l-visa tagħhom u jirreġistraw l-Assoċjazzjoni mal-awtoritajiet Iraqini.  Għal raġunijiet ta’sigurtà, l-ismijiet tagħhom ma xxandrux.

Fi stqarrija għall-istampa li ħarġet nhar is-Sibt,  l-organiżazzjoni “Insara tal-Lvant” qalet li tilfet kull kuntatt mal-erba’ impjegati tagħha it-Tlieta ta’ qabel u li kienet għamlet rapport dwar in-nuqqas tagħhom mal-awtoritajiet Iraqini.

L-Organiżazzjoni Franċiża enfassizzat li l-erba’ mpjegati li naqsu kien nies ta’ esperjenza, b’saħħithom u kienu jafu sew l-inħawi fejn kienu qed jaħdmu u li dejjem osservaw ir-regoli tas-sigurtà fuq il-post tax-xogħol u dejjem kienu jżommu ruħhom aġġornati biex ikunu jistgħu jevitaw il-perikli fir-reġjun.

Għajnuna lill-komunitajiet insara

SOS Chrétiens d’Orient għandha l-kwartieri ġenerali tagħha f’Pariġi u hi organiżazzjoni li tgħin lill-komunitajiet insara fil-Lvant anke billi tiffinanzja proġetti soċjali u edukattivi. Bħalissa l-organiżazzjoni għandha missjonijiet permanenti li qed jaħdmu fis-Sirja, l-Iraq, il-Libanu u l-Eġittu.

Il-fundaturi li twaqqfet fl-2013 huma Charles de Meyer u Benjamin Blanchard. Id-Direttur attwali hu Francois-Xavier-Gicquel, it-tliet li huma fil-passat kellhom rabta mal-qasam politiku Franċiħ

Skont dara tas-sena li għaddiet, rappurtat mill-ġurnal Franċi’ “Le Figaro”, minn meta bdiet il-ħidma tagħha, l-Assoċjazzjoni bagħtet aktar minn 1,500 ħaddiem u voluntiera iwettqu l-proġetti tagħha fil-Lvant Nofsani. Fl-2017 “Insara tal-Lvant” kienet rikonoxxuta bħala “imsieħeb fid-difiża nazzjonali” mill-Ministeru tad-Difiċa Franċiż.