Erba’ għassara taż-żebbuġ f’Malta

F’Malta hawn erba’ għassara taż-żejt taż-żebbuġa li huma reġistrati u liċenzjati mad-Dipartiment tal-Agrikoltura.
Dan skont informazzjoni mogħtija mill-Ministru responsabbli mill-Agrikoltura Leo Brincat fi tweġiba għall-Mistoqsija Parlamentari tad-Deputat Nazzjonalista Antoine Borg.
Huwa spjega li tlieta minn dawn l-għassara huma bbażati f'Malta – fir-Rabat, l-Imdina, u Marsaskala. Għassar wieħed hu bbażat fix-Xewkija Għawdex.