Erba’ djakni ordnati mill-Arċisqof nhar il-Ħadd

Il-Ħadd li ġej l-Arċisqof se jkun qed jordna erba’ djakni żgħażagħ fil-Katidral ta’ San Pawl, fl-Imdina.
Iċ-ċelebrazzjoni li tibda’ fid-9am se tara ordnati lil Peter Ellul mill-Parroċċa ta’ San Pawl Nawfragu fil-Belt Valletta, Jean Gové mill-Parroċċa ta’ Marija Mtellgħa s-Sema fil-Mosta, Aayrton Ray Muscat mill-Parroċċa ta’ Santa Luċija fl-Imtarfa u Matthew Pulis mill-Parroċċa tal-Familja Mqaddsa fl-Iklin.
Filwaqt li l-Knisja f’Malta nkoraġġixxiet il-pubbliku sabiex jitlob għal aktar vokazzjonijiet u għall-qdusija tal-kleru, fakkret li kulħadd huwa mistieden biex jattendi għaċ-ċelebrazzjoni.