Erba’ arrestati f’Paceville wara sejba tad-droga

Erba’ persuni kienu arrestati f’Paceville l-lejl li għadda wara li nstabu fil-pussess ta’ sustanza suspettuża kokaina kif ukoll ecstasy.
L-età taż-żgħażagħ li ġew arrestati tvarja bejn il-25 u s-26 sena u huma residenti l-Fgura, Santa Venera u l-Gudja.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.