Epic traħħas il-prezzijiet

epic

Read in English.

Fl-aħħar jiem, il-kumpanija Epic raħset il-pakkett ta’ Unlimited Mobile plan billi niżlitu għal €24.99 u sar mingħajr kuntratt.

Fl-aħħar jiem, Vodafone Malta ħabbret biddlet l-isem tagħha għal Epic wara li nqatgħet mill-kumpaniji Vodafone wara l-akkwist tagħha minn Monaco Telecom lura f’April.

Unlimited plan sar €24.99 fix-xahar, ħames ewros irħas minn pakketti simili oħra li hawn fis-suq li madanakollu dawn huma marbutin ma’ kuntratt ta’ 24 xahar.

Il-kumpanija niedet pakkett li tippermetti l-klijenti jaġġornaw l-ismartphone tagħhom bl-aħħar teknoloġija għal prezz ta’ €3.99.

It-tariffi l-ġodda jinkludu wkoll top-up value plan għal €9.99 b’8 gigabytes għal data ta’ 4.5G kif ukoll 200 minuta b’xejn u 200 sms b’xejn.

B’dan l-aħħar pakkett, Epic qed toffri d-doppju tad-data, sms u minuti b’xejn meta mqabbla ma’ offerti oħra fis-suq.

Permezz tal-prodott Epic for Business, il-kumpanija raħħset unlimited plans kollha għal kull tip ta’ business. Il-kumpanija qalet li fl-aħħar xhur, espandiet għal 220 pajjiż, b175 network ta’ 4G, id-doppju tal-figuri tal-kompetizzjoni tagħha.