“Enzo se jqatta’ għeluq sninu l-isptar, mingħajrna. Nitlobkom biex…” – Carmen Gusman

Carmen u Enzoi Gusman

Carmen Gusman, il-mara ta’ Enzo Gusman irringrazjat lil dawk kollha li qed jaħsbu f’Enzo fit-talb tagħhom u għamlet appell lill-qarrejja kollha ta’ newsbook.com.mt biex f’okkażjoni ta’ għeluq sninu nhar il-Ħadd li ġej, is-segwaċi tiegħu jibgħatulu messaġġ ta’ awgurju.

Enzo se jkun qed jagħlaq 73 sena, iżda din is-sena mhux se jkun jista’ jiċċelebra għeluq sninu mal-familja tiegħu. Dan minħabba li jinsab għal kura intensiva fi sptar fil-Kanada fejn ġie rikoverat wara li sofra waqgħa fil-ġranet li għaddew.

Enzo flimkien ma’ martu Carmen ilhom il-Kanada minn kmieni din is-sena u kellhom jirritornaw lura għall-Għid. Madanakollu minħabba fil-pandemija tal-COVID 19 baqgħu hemmhekk, fejn għandhom lil uliedhom u l-familjai tagħhom.

“Inħeġġu lil kulħadd jibagħtlu awguri għax se jqattgħu l-isptar mingħajrna. Almenu inkun nista’ naqralu l-awguri u nagħmlulu kuraġġ biex jekk Alla jrid jerġa’ jiġi lura d-dar magħna! Komplu itolbu għalih jekk jogħġobkom. Grazzi mill-qalb!” Carmen kitbitilna f’mesaġġ.

Għaldaqstant ħalli l-messaġġ tiegħek ta’ awgurju lil Enzo fil-kummenti taħt dan l-artiklu. F’isem Carmen u l-familja Gusman, nirringrazzjawkom bil-quddiem.