Enzo: il-kelb-Batman

Kelb Batman
Ritratt: Muntaġġ

Enzo, kelb tar-razza great Dane, qed jagħmel ħoss kbir fuq l-internet bix-xebh impressjonanti tiegħu mal-karattru magħruf ta’ Batman.

Il-koppja Danny Lemay u Stephanie Godim laqgħu lil Enzo f’ħajjithom meta kien ġeru ċkejken. Filwaqt li kien ħafna iżgħar milli hu issa, dak qatt ma kien il-każ għal widnejh! Mill-mument li t-tnejn ġabu lil Enzo d-dar, kien ċar li widnejh dejjem serqu l-attenzjoni ta’ min kien jarah. Il-widnejn uniċi ta’ Enzo mill-ewwel kienu jfakkru lil xi wħud fil-Batman.

Għalkemm il-kelb jidher kbir fil-fatt hu mans ħafna u s-sidien tiegħu jqisuh bħala ġgant ġentili u qalbu talba.

kelb Batman
Ritratt: Instagram/Enzo.greatdane

Danny Lemay u Stephanie Godim bdew account għall-kelb fuq Instagram u mill-ewwel ġibed lejħ eluf ta’ ammiraturi. F’sena biss diġà ġġenera aktar minn 30,000 segwaċi. Dan wassal biex inħoloq negozju ta’ ritratti dwaru kif ukoll inkiteb ktieb dwar kif wieħed għandu jieħu r-ritratti tal-kelb tiegħu meta jkunu barra mid-dar.

Jekk tixtieq tkun minn tal-ewwel li tirċievi l-aħħar aħbarijiet minn Malta, niżżel l-APP ta’ Newsbook minn hawn