“Enzo ħareġ mill-kura intensiva” – Carmen

Enzo Gusman

F’kumment qasir lil newsbook.com.mt Carmen Gusman ikkonfermat li żewġha, il-kantant Enzo Gusman sa fl-aħħar ħareġ mit-taqsima tal-kura intensiva.

Il-kantant ta’ 73 sena kien ilu rikoverat fl-ICU sa mill-aħħar ta’ Lulju wara li sofra minn waqgħa.

Minn dak iż-żmien il-familja kienet appellat biex is-segwaċi kollha tal-kantant jitolbu għalih. Minħabba fis-sitwazzjoni tal-coronavirus ma kienux qed jitħallew iżurh għalkemm Carmen tħalliet tidħol ħdejh f’xi ġranet.

newsbook.com.mt ikompli jawgura lil Enzo Gusman għal fejqan ta’ malajr biex f’qasir żmien ikun jista’ jingħaqad mal-familja tiegħu ġewwa darhom.