Enya Magri lura fix-xena mużikali

Ritratt: Kris Micallef

Iż-żagħżugħa Enya Magri se tkun qed tagħmel ir-ritorn tagħha fix-xena mużikali nhar il-31 ta’ Mejju permezz tal-kanzunetta Safe Haven.

Lil Enya niftakruha 10 snin ilu fil-kompetizzjoni Zecchino D’Oro u għalkemm għaddew ftit tas-snin mhux ħażin, il-mużika baqgħet għal qalbha. Kienet ħadet sehem ukoll fil-The World Championships of Performing Arts f’Hollywood.

Ritratt: Kris Micallef

Għalkemm għaddew għadd ta’ snin, il-mużika baqgħet għal qalbha u issa fl-aħħar tax-xahar se tkun qed tniedi l-ewwel kanzunetta oriġinali tagħha fuq kitba ta’ Jody Magri, oħt Enya, u mużika ta’ Ciprian Cassar.

Tul is-snin, lil Enya Magri rajniha anki f’kompetizzjonijiet televiżivi bħal Arpeġġi u ħadet sehem ukoll f’għadd kbir ta’ programmi televiżivi.

Safe Haven huwa biss il-bidu fil-karriera ta’ din il-kantanta żagħżugħa mill-Mellieħa.