Filmat: Enrica, tifla kuraġġjuża li għexet ħajja mimlija mħabba u sempliċità

Read in English.

Qraba u ħbieb ta’ Enrica nġabru flimkien biex jagħtuha l-aħħar tislima fil-knisja parrokjali ta’ San Ġiljan, ippakkjata bin-nies fejn spikkaw il-kuluri wara talba mill-istess ġenituri biex n-nies ma jmorrux lebsin l-iswed.

Enrica kienet tifla ta’ 13–il sena li mietet f’Sutton l-Ingilterra waqt li kienet qed tiġġieled il-marda tal-kanċer.

Il-konċelebrazzjoni tmexxiet mill-Isqof Awżiljaru Mons. Joe Galea Curmi. Fl-omelija l-kappilan Fr Claude Portelli qal li l-importanti mhux it-tul taż-żmien li wieħed jgħix iżda l-intenistà li wieħed jgħix biha.

Fr Portelli qal li Enrica, tifla kuraġġjuża, għexet ħajja mimlija mħabba u sempliċità u ħalliet impatt kbira fuq il-persuni li misset magħkom tul ħajjitha. Huwa qal li Enrica tagħti lezzjoni dwar kif għandna ngħixu ħajjitna meta ħafna drabi wieħed jikkumplika ħajtu flok jgħix sempliċi.

Ħafna esprimew li l-mewt ta’ Enrica ġiet bħal sajjetta fil-bnazzi u esprimew ix-xokk li ħadu meta semgħu b’din it-telfa. Minkejja dan ħafna ġeddew il-memorji ta’ ħbiberija li kellhom ma’ Enrica.