Enoch Barwuah mat-tim nazzjonali tal-Padania

Enoch Barwuah, ħu Mario Barwuah Balotelli, li ftit tax-xhur ilu kien Malta u lagħab ftit logħbiet ma’ Qormi fit-turnament tal-AME Cup, se jkun fi skwadra fuq livell nazzjonali.
Fil-fatt Enoch mix-xahar id-dieħel se jkun f’Lapponia u se jilbes il-flokk tat-tim nazzjonali tal-Padania fil-Lega Nord fl-Italja.
It-tim nazzjonali tal-Padania mhuwiex rikonoxxut mill-FIFA pero huwa reġistrat mal-Conifa li hi l-Konfederazzjoni tal-Assoċjazzjonijiet Indipendenti tal-Futbol.
Il-kuluri tal-flokk tat-tim nazzjonali tal-Padania se jkunu ħodor u bojod, liema kuluri huma ferm assoċjati mal-Lega Nord Taljana.