Enfasi fuq żvilupp kummerċjali f’Ta’ Qali “ma tagħmilx sens” – periti

Kamra tal-Periti

Read in English.

Enfasi fuq żvilupp kummerċjali f’Ta’ Qali ma jagħmilx sens skont il-Kamra tal-Periti.

Il-Kamra qalet dan f’reazzjoni għall-proposti tal-Awtorità tal-Ippjanar (PA) biex ikun hemm tibdil fil-Pjan ta’ Azzjoni għal Ta’ Qali. L-emendi huma dwar żona ta’ madwar 60,000 metru kwadru biswit l-Ambaxxata tal-Istati Uniti, u jipproponu li din l-art tinbidel f’Żona Kummerċjali, bl-għoli ta’ bini permess ikun ta’ 17.5 metri.

Il-Kamra qalet li madwar id-dinja żviluppata, ċentri kummerċjali fil-periferiji ta’ l-ibliet qed jiġu abbandunati favur faċilitajiet fl-ibliet infushom. Dan biex jiġi msaħħaħ il-kunċett ta’ “city living” u biex jitnaqqas il-bżonn ta’ l-użu tal-vetturi flimkien mal-problemi li dawn iġibu minħabba t-tniġġiż u l-konġestjoni li ċentri bħal dawn jiġġeneraw barra ż-żona urbana.

“Iż-żona għandha tiġi riżviluppata għal użi li huma kumplimentari għall-faċilitajiet sportivi li hemm madwar l-iStadjum Nazzjonali, u għall-Park tal-Familja. L-enfasi fuq żvilupp kummerċjali f’din iż-żona ma jagħmilx sens, u lanqas ma hu ċar kemm l-interess tal-pubbliku u dak ambjentali ġew meqjusa f’din il-proposta,” qalet il-Kamra.

Tista’ taqra l-kummenti sħaħ tal-KTP minn hawn: