Minn wara l-lenti: Is-siġra tal-Milied magħmula mill-ħġieġ f’Għajnsielem

ghajnsielem-christmas-tree
Ritratt: Miguela Xuereb

Fiċ-ċentru tal-pjazza t’Għajnsielem tinsab siġra tal-Milied b’tul ta’ 19-il metru miksija b’madwar 4,500 flixkun tal-ħġieġ li hija ddedikata għall-vittmi u l-eroj tal-pandemija COVID-19.

Minkejja li din is-sena t-12-il edizzjoni ta’ Bethlehem f’Għajnsielem ġiet ikkanċellata minħabba l-pandemija, din is-siġra hija pjuttost attrazzjoni għan-nies li jgħaddu minn quddiem il-pjazza.

ghajnsielem-christmas-tree
Ritratt: Miguela Xuereb