Filmat: L-ordinazzjoni ta’ 10 saċerdoti: xahrejn wara minħabba l-COVID

    Tista' taqra bil- Malti.

    Illejla, fil-Knisja Parrokjali ta’ Kristu Re, ir-Raħal Ġdid, l-Arċisqof Cħarles Scicluna ser jordna 10 saċerdoti ġodda. Ġurnata ta’ ferħ kbir u tant mistennija għall-Knisja f’Malta li minħabba l-COVID-19 kellha tiġi posposta b’aktar minn xahrejn.

    Din l-ordinazzjoni kellha ssir nhar is-Sibt 18 ta’ April iżda minħabba l-imxija ta’ COVID-19, mhux biss ġiet postposta imma qegħda ssir b’mod ridott. Il-Knisja ta’ Kristu Re, hi l-akbar knisja f’Malta u bir-restrizzjonijiet minħabba d-distanza soċjali tini ser tkun tista’ tilqa fiha 400 persuna u ftit saċerdoti.

    L-Ordinazzjoni presbiterali, normalment issir ġewwa l-Kon-Katidral ta’ San Ġwann, il-Belt Valletta, iżda d-daqs tal-post ma ppermettiex dan.

    Għalkemm ser tingħata preferenza lill-qraba u ftit ħbieb intimi tal-Ordinandi, din iċ-ċelebrazzjoni li tibda fis-6.30pm ser tixxandar live fuq TVM2, Newsbook.mt, u l-YouTube Channel u l-paġna ta’ Facebook tal-Arċidjoċesi ta’ Malta.

    L-għaxar djakni li ser jiġu ordnati saċerdoti huma: