Kusksu bil-ħut

Kusksu_bil-hut_

Tista' taqra bil- Malti.

Riċetta ta’ Karmen Tedesco
Ingredjenti:

  • 200gr basal
  • 4 sinniet tewm
  • 100gr karotti
  • 2 zkuk tal-karfus
  • Mgħarfa żejt taż-żebbuġa
  • 400gr tadam
  • 200gr ful
  • 100gr piżelli
  • 200ml stokk tal-ħut
  • 200gr ħut
  • 200gr taħlita ta‘ frott tal-baħar
  • 200gr kusksu

Metodu
1. Sajjar l-ewwel 4 ingredjenti (basal / tewm / Karotti / karfus).
2. Żid it-tadam, il-ful u l-piżelli u sajjar ftit ieħor.
3. Żid il-ħut u l-frott tal-baħar.
4. Baxxi in-nar u tektek.
5. Sajjar il-kuskus u żidu mat-taħlita.

Għal aktar riċetti ta’ Karmen Tedesco żur Newsbook.com.mt/Riċetti