Imħabba, tama u għajnuna għal nisa tqal fil-bżonn

Nisa tqal fil-bżonn isibu kenn u għajnuna fid-Djar tal-Parir it-Tajjeb ta' ispirazzjoni Kattolika

Fl-aħħar tas-snin 70, Chris Bell kien jaħdem f’Times Square fi New York u kien jieħu qatgħa meta spiss kien jara ommijiet deħlin f’xelters ta’ emerġenza ma’ uliedhom u ddeċieda liried jagħmel xi ħaġa.

Bl-għajnuna ta’  Patri Benedict Gowshel, Franġiskan li kien ukoll id-Direttur Spiritwali tiegħu, waqqfu dak li għadu magħruf bħala “The Good Council” network ta’ djar tal-maternità favur il-ħajja.

Illum, il-Good Council topera sitt idjar, erba’ fi New York, waħda fi New Jersey u waħa f’Alabama u taħdem ukolll ma’ diversi djar oħra mferrxa mal-Istati Uniti u qed taħdem biex tkompli tkabbar u tifrex din il-ħidma.

L-organiżazzjoni hi membru fundatur tal-koalizzjoni nazzjonali tad-Djar tal-Maternità. Ħafna mid-djar huma żgħar u limitati f’dak li jistgħu joffru imma kapaċijsibu post għal kull mara tqila fil-pajjiż. In-nisa tqal jistgħu jidħlu f’dawn id-Djar tal-Maternità bla ħlas u d-dar tipprovdilhom opportunità li jirritornaw lejn l-iskola – jekk ikun il-każ – jew isibu mpjieg. Joffru wkoll għajnuna lil min għandu problema ta’ drogi jew problemi ta’ saħħa mentli u jsibilhom post adattat għalihom.

Il-“Good Council” jgħinu wkoll fl-ippjanar tal-adozzjonijiet. Ħafna nisa fl-Amerika ma jirrealiżżawx li jistgħu jagħżlu l-koppja li tadotta t-tarbija tagħhom u jibżgħu lit-tfal jitpoġġew fil-fostering.

Hemm nisa li t-tobba jgħidulhom li t-tarbija tagħhom se titwieled b’xi difett ġenetiku u dawn ukoll jistgħu jsibu għajnuna fid-djar tal-maternità. Ħafna drabi, it-tobba lil dawn l-ommijiet jgħidulhom biex jeħilsu mit-tarbija meta llum teżisti teknoloġija li tista’ tgħin lil dawn l-ommijiet, speċjalment f’pajjiżi sinjuri bħall-Istati Uniti.

Bell jgħid li kien hemm mara li t-tobba qalulha li t-tarbija tagħha li kienet għadha fil-ġuf kellha difett f’kull ċellula ta’ ġisimha u rrakkomandawlha li tagħmel abort. Minflok il-mara rrikorriet għand il-“Good Council” u qaltilhom li hi xtaqet tkun “omm tajba”. Id-dar laqgħet lil din il-mara, sabu sptar ieħor għaliha u talbu magħha.

Meta t-tarbija twieled, irriżulta li l-biża’ tat-tobba li se jkollu difetti ġenetiċi kienu infondati. It-tifel kellu toqba f’qalbu u sarulu żewġ operazzjonijiet u sakemm l-omm ġiet biex toħroġ mid-dar, sena wara, it-tifel kien wieħed normali daqs tfal oħra ta’ sena, bħalu.