Avviżi Komunitarji – It-Tnejn 16 ta’ Lulju 2018

    Ħajr: Clayton Saliba Ħaġna Facebook: Isma' Ftit
    • L-Isqof Awżiljarju Mons Joe Galea Curmi se jiltaqa’ mal-Missjunarji, Saċerdoti, Riliġjużi u Lajċi li qed jaħdmu għall-Knisja ‘l bogħod minn artna. Din il-laqgħa se ssir f’Dar l-Emigrant il-Belt Valletta nhar l-Erbgħa 18 ta’ Lulju fil-5.00pm. Il-missjunarji jaqsmu l-esperjenzi tagħhom
    • Il-festa ta’ San Ġużepp tiġi iċċelebrata fil-parroċċa tal-Imsida l-Ħadd 22 ta’ Lulju. Illum it-Tnejn 16 ta’ Lulju – Jum il-Familja fis-30pm tibda Quddiesa minn Monsinjur Joe Bajada. Mistiedna speċjalment il-koppji miżżewġin residenti li matul din l-aħħar sena ċċelebraw l-10, il-25 u l-50 sena ta’ żwieġ nisrani. Wara l-Quddiesa ssir il-preżentazzjoni tat-trabi lil San Ġużepp. Mistiedna speċjalment trabi mill-Parroċċa tagħna mgħammda matul din l-aħħar sena. Għada t-Tlieta Jjitfakkar– Jum l-Anzjani. Fis-6.30pm tibda Quddiesa minn Mons Victor Zammit McKeon. F’din il-Quddiesa jiġi amministrat is-Sagrament tal-Griżma tal-Morda. Wara l-Quddiesa l-anzjani mistednin għal programm ta’ varjetà fuq iz-zuntier.
    • Il-Quddiesa ta’ Liberazzjoni li jmiss ser tiġi ċċelebrata nhar il-Ħamis 19 ta’ Lulju fil-Parroċċa ta’ San Pawl il-Baħar fis-6.30pm bit-tema “Ħelsien minn rabtiet mal-Arblu tar-Razza”.   Għal aktar informazzjoni ċemplu  fuq 99496243.
    • Il-Kurja tal-Arċisqof tavża li l-Uffiċċju Żwiġijiet fil-Kurja, l-Furjana, ser ikun miftuħ f’dawn il-ġranet u ħinijiet: It-Tnejn, it-Tlieta, l-Erbgħa, il-Ġimgħa u s-Sibt bejn it-8am u l-11:30am. Dawn il-ġranet u ħinijiet japplikaw sas-Sibt 29 ta’ Settembru li ġej.
    • Nhar il-Ġimgħa 20 ta’ Lulju, l-Parroċċa Santa Marija ta’ Ħad-Dingli se torganizza l-festa ta’ Santa Marija Maddalena fil-kappella ddedikata lil din il-qaddisa fuq l-irdumijiet ta’ Ħad-Dingli (ħdejn ir-radar). Fis-7.30pm tiġi ċċelebrata quddiesa fuq iz-zuntier tal-kappella mill-Arċisoqf ta’ Malta, Monsinjur Charles J. Scicluna. Wara ssegwi attivita` soċjali.
    • Se ssir quddiesa fil-Kon Katidral ta’ San Ġwann il-Belt is-Sibt 21 Lulju fis-00pm li matulha se jkun hemm kopja awtentika tal-Liżar ta’ Kristu. Matul ix-xhur ta’ Lulju, Awwissu, Settembru u Ottubru, fil-Kon-Kattidral ta’ San Ġwann – il-Belt, il-ħin tal-quddiesa tas-Sibt u tal-Ħadd filgħaxija inbidel mill-ħin tal-5.30pm għal dak tas-6.00pm. Matul ix-xahar ta’ Awwissu, l-Quddiesa ta nofsinhar mhux se tibda ssir.
    • Se ssir Adorazzjoni Ewkaristika fil-Knisja ta’ San Pietru tas-Sorijiet Dumnikani ta’ Ħal-Lija nhar il-Ġimgħa 20 ta’ Lulju mis-7.00pm sat-8.00pm
    • Il-Healing Service li jmexxi Dr John Bonnici Mallia li kellu jsir il-Ġimgħa 27 ta’ Lulju fil-Knisja ta’ Kristu Rxoxt, magħrufa bħala Tal-Erwieħ, f’Ħal-Tarxien ġie pospost għal ġimgħa, qabel jiġifieri il-Ġimgħa 20 ta’ Lulju fis-7.30pm
    • Fil-Knisja ta’ San Pawl Marsalforn Għawdex, sal-aħħar ta’ Settembru, l-iskeda tal-Quddies għas-sajf qed tkun kull siegħa mis-7.00am sal-11.00am, u filgħaxija fis-6.00pm u fis-7.30pm. Matul il-Ġimgħa isir quddies fis-7.00am u fid-9.00am u fis-6.00pm u fis-7.30pm. Ikun hemm qrar nofs qabel kull quddiesa u ssir siegħa Adorazzjoni kuljum mis-6.30pm. Ir-rużarju jingħad fis-7.00pm.
    • L-Istitut Paulo Freire tal-Ġiżwiti niehda proġett biex adulti jitħajjru jaqraw bil-Malti jew bl-Ingliż permezz ta  one to one sessions f’ħinijiet u ġranet konvenjenti.  Hemm bżonn voluntiera adulti biex jgħinu lil dawn il-persuni. Jekk għandek 22 sena ‘l fuq u tixtieq tgħin, ikkuntattja lil Fr Edgar Busuttil fuq 21694583 jew mur l-Istitut f’76, Triq Sant’Anġlu ż-Żejtun.
    • L-emigranti Maltin li jinsabu għall-btajjel fil-gżejjer Maltin huma mistiedna għal laqgħa li l-Kummissjoni Emigranti qed torganizza għalihom mal-President ta’ Malta Marie-Louise Coleiro Preca fil-Palazz il-Belt Valletta, nhar L-Erbgħa, 1 ta’ Awwissu, fl-10.00am.  Aktar tagħrif jinkiseb minn Dar l-Emigrant fuq telefons 21222644, 21232545 jew 21240255.
    • Il-maratona annwali Oħloq Tbissima din is-sena se ssir mill-Ġimgħa 20 sal-Ħadd 22 ta’ Lulju f’Dar San Ġużepp Santa Venera bil-għan li tingħata għajnuna lil Missjoni. Għal aktar tagħrif idħlu fuq is-sit ohloqtbissima.com
    • Il-Kunsill Nazzjonali tan-Nisa ta’ Triq Mountbatten, Blata l-Bajda se jorganizza diversi korsijiet għas-sajf li jinkludu fost oħrajn Taħrig fl-ICT, kors tal-Ingliż, Konverżazzjoni tat-Taljan u tal-Malti, Matematika, u Kif tintroduċi x-Xjenza mat-Tfal Żgħar. Għal aktar tagħrif ċemplu 21248881 jew  21246982 jew ibgħatu imejl  fuq ncwmalta@camline.net.mt
    • Il-Parroċċa ta Ħ’Attard ser  terġa torganizza is-Summer Club għal tfal ta bejn il- 5 u 13 ‘il sena, bejn Lulju u Awissu. Dan il-klabb jibda b’quddiesa u wara jsiru attivitajiet soċjali, logħob u ħarġiet kulturali u sportivi. Kull min hu interessat jista’ jiġbor applikazzjoni u aktar informazzjoni mill-uffiċċju parrokkjali ta Ħ’Attard fuq 21434949.
    • L-Istitut Sir Michelangelo Sixth Form t’Għawdex se jilqa’ studenti prospettivi li jixtiequ jirreġistraw għall-korsijiet offruti f’dan il-Kulleġġ, mit-Tnejn 30 ta’ Lulju sal-Ġimgħa 3 ta’ Awwissu mit-8.00am sal-11.30am. Aktar informazzjoni tinkiseb fuq is-sit elettroniku tal-Istitut Sir Mikielangelo Refalo
    • Is-Soċjeta’ Mużikali Madonna tal-Ġilju tal-Imqabba ser tniedi d-DVD tal-Festa tal-Madonna tal-Ġilju 2018.  Dan ser ikun jinkludi l-aqwa partijiet mill-Festi. Biex takkwistaw kopja ta’ dan id-DVD ċemplu 79853044. Aktar dettalji jinkisbu fuq is-sit elettroniku tas-Soċjeta’ Mużikali Madonna tal-Ġilju talgilju.com