Emozzjonijiet u intriċċi fl-aħħar episodju għal din il-ġimgħa

Fl-episodju tal-lum mis-sensiela Sorelle li jixxandar fuq TVM fl-3.40pm se naraw li Lorraine għadha rrabjata ħafna għal Bella. Għaliex għadha ma tridx terġa’ taċċettha? X’se tgħidilha Angela? Sadanittant tirrakkonta parti oħra minn ħajjitha. X’emozzjonijiet se jkollha Angela f’dan ir-rigward?

Illum insiru nafu kif Roy kien daħal fil-ħajja ta’ Lorraine. X’qaltilha dwar Bella?

Sorelle għandu kitba ta’ Dr Michael Vella Haber u Evelyn Saliba La Rosa bi produzzjoni ta’ Rewind.

Dan l-episodju jkollu repetizzjoni llejla fl-11.45pm u nhar it-Tnejn fis-6.15am fuq TVM filwaqt li għada s-Sibt fuq TVM2 tkunu tistgħu ssegwu l-episodji ta’ ġimgħa sħiħa mill-11am ‘il quddiem.