Filmat: Emma u Biondo jkomplu jisirqu l-qlub

IIbieraħ fuq il-programm Taljan Amici kompliet tinbet l-imħabba bejn il-kantanta Maltija Emma Muscat u Biondo.
Iż-żewġ kantanti komplew jisirqu l-qlub ta' ħafna li jsegwu l-programm, speċjalment waqt il-kanzunetta 'I'll be missing you' fejn Emma ġibdet magħha fuq il-palk lil Biondo u qasmu flimkien mument intimu fi tmiem id-diska li kompla jisraq ukoll il-qlub tal-ġurija preżenti.