Emma u Biondo għan-Notte Bianca

Il-kantanta Maltija Emma Muscat se tkun qed tkanta waqt in-Notte Bianca flimkien mas-sieħeb tagħha Biondo. Dan tħabbar dalgħodu mid-Direttur Artistiku ta’ Teatru Malta Sean Buhagiar. Huwa spjega kif in-Notte Bianca ta’ din is-sena se jkun hemm diversi artisti barranin fuq diversi palkijiet differenti skont it-tip ta’ mużika.

Huwa spjega wkoll li se jkun hemm il-palk prinċipali li fuqu se tkun qed tagħti kunċert Emma Muscat flimkien ma’ Biondo f’Amici. Emma Muscat u Biondo pparteċipaw fil-program ta’ Maria de Filippi. Fuq l-istess palk ma’ Muscat se jkun hemm il-band Toploader li kienet saret famuża bid-diska Dancing in the moonlight.

Fost artisti oħra fuq l-palkijiet oħra se jkun hemm Vincio Caposella, Beheaded, Tangerine Dream, fost oħrajn.

In-Notte Bianca ilha titella’ għal 13-il sena, b’din is-sena l-għan jkun li tkun l-ikbar waħda s’issa. Se ssir nhar is-Sibt 6 ta’ Ottubru madwar il-Belt.