Emma titfa’ għajnejha fuq karriera stabbilita barra minn Malta

Emma Muscat stqarret li se tkompli tistinka biex ikollha karriera stabbilita barra minn Malta. Hi kkonfermat dan f’intervista ma’ ġurnal Taljan.

Fl-intervista mal-ġurnal ‘Lettera Donna’ l-kantanta żagħżugħa kkonfermat li għandha x-xewqa li tkompli tibni l-karriera tagħha barra minn Malta għax l-opportunitajiet mużikali f’Malta huma limitati ħafna.

 

Il-kantanta qalet dwar kif Malta hi gżira żgħira u li għalkemm fiha jsiru diversi kunċe

rti kbar xorta m’hawnx ħafna opportunitajiet għal kantanti. Stqarret li meta ġietha l-opportunità biex tipparteċipa f’Amici kellha tieħu deċiżjoni diffiċili għax kellha tieqaf mill-kors fl-Università u kienet taf li kienet deċiżjoni li se tibdlilha ħajjitha. Madanakollu hi ħatfet l-opportunità biex tkun parti minn Amici, għamlet suċċess u qalet li qed tittama

li l-affarijiet jibqgħu sejrin hekk.

Emma żiedet tgħid li tixtieq tibqa’ l-Italja u li għalissa żgur m’għandhiex il-ħsieb li terġa’ tiġi Malta, filwaqt li mhix teskludi li fil-futur tikteb kanzunetta bit-Taljan.

Nhar il-Ħamis Emma mill-ewwel laħqet il-quċċata tal-iTunes wara li nediet l-ewwel EP tagħha bl-isem ‘Moments’ li għamel suċċess kbir kemm f’Malta kif ukoll fl-Italja.

https://www.instagram.com/p/Bk4tjI9Ap9X/?hl=en&taken-by=emmamuscat_official

Ritratti: Emma Muscat – Instagram