Emma tibda tkanta f’nofs intervista mal-Warner Music

Il-kantanta Maltija li qed tieħu sehem f’Amici, Emma Muscat illum iltaqgħet ma’ Roberto Fagioli li huwa l-maniġer tal-artisti Warner Music Italia. Bejniethom tkellmu dwar il-ħolm u l-proġetti mużikali tal-kantanta.
F’din l-intervista, Emma ssemmi kif il-mużika hija t-triq tagħha u li trid tkompli bil-mużika akkost ta’ kollox għax dan huwa l-mod ta’ kif tesprimi ruħha.
Mal-maniġer ta’ Warner Music Italia, il-kantanta Maltija semmiet kif il-mużika tagħha hija dik pop, soul u RNB u anke bdiet tkanta f'nofs l-intervista. Sostniet li l-ħolma tagħha hija li tkanta quddiem ħafna persuni.
Min-naħa tiegħu, Roberto Fagioli qal li fiha jara kantanta promettenti anke għas-suq internazzjonali bil-mużika moderna u kontemporanja tagħha.
Tista' tara l-intervista ta' Emma Muscat hawnhekk.