Emma ssalva għal ġimgħa oħra f’Amici

Wara l-isfidi kollha skedati għal Emma u Carmen waqt l-episodju tal-lum tas-serale ta’ Amici, kemm Emma u kemm Carmen salvaw għal minn tal-inqas ġimgħa oħra.
Dan wara li l-għadd tal-voti rriżulta fi draw ta’ 4-4.
Filwaqt li l-għadd tal-voti beda mill-ewwel bi tliet voti favur Emma, il-vot inbidel għal dak ta’ draw fejn tħabbar li t-tnejn ġew salvati. 
Dlonk wara li ħareġ ir-riżultat, iż-żewġ kantanti li bosta jqisuhom bħala rivali ingħaqdu f’tgħannieqa u ferħu lil xulxin talli rnexxielhom jibqgħu fil-kompetizzjoni t-tnejn li huma.