Emma Muscat tkanta u żagħżugħ jisraq mowbajl

Emma Muscat żagħżugħ jisraq mowbajl Kunċert
Facebook - Summer Daze Malta

Żagħżugħ ta’ 17-il sena ngħata libertà fuq numru ta’ kundizzjonijiet mill-Qorti wara li seraq mowbajl waqt festival f’Ta’ Qali li fih kantant Emma Muscat.

Skont is-sit MaltaToday, iż-żagħżugħ Taljan wieġeb ħati għall-akkużi miġjuba kontrih. Hu ġie akkużat li seraq mowbajl waqt il-festival Summer Daze. Il-mowbajl ġie ritornat lil sidu. Il-Qorti llberat liż-żagħżugħ bil-kundizzjoni li ma jerġax iwettaq reat f’perjodu ta’ sena.

Emma Muscat, il-kantanta Maltija li kisbet fama fl-Italja, kantat live waqt il-festival Summer Daze f’Ta’ Qali.