Emma Muscat fil-lista ta’ parteċipanti ta’ Battiti Live

Ritratt: Instagram

Qed joqrob l-appuntament annwali ta’ Battiti Live, li issa se jidħol fis-17-il edizzjoni tiegħu. Madwar 70 artist se jkun qiegħed jipparteċipa f’din is-sensiela ta’ kunċerti mifruxa fuq ħamest serati li jsiru l-Ħadd filgħaxija, bl-ewwel waħda fit-30 ta’ Ġunju f’Vieste, imbagħad fis-7 ta’ Lulju fi Brindisi, fl-14 ta’ Lulju fi Trani, il-21 ta’ Lulju f’Gallipoli u t-28 ta’ Lulju f’Bari.

Skond dak li ġie ppubblikat llum, fil-lista ta’ 70 artist li se jieħdu sehem f’xi waħda minn dawn is-serati hemm Emma Muscat li se tkun qed tkanta flimkien ma’ Biondo. Dawn is-serati mbagħad se jkunu qed jixxandru wkoll fuq l-istazzjon tal-Mediaset, Italia Uno.

Ritratt: Mediaset

Alan Palmieri u Elisabetta Gregoraci se jkunu qed imexxu dawn il-ħames serati li għalihom se jkunu qed jipparteċipaw f’xi serata jew oħra Alessandra Amoroso, Mahmood, LP, Il Volo, Achille Lauro, Boomdabash, Fabrizio Moro, Anastasio, Federica Carta e Shade, Francesco Renga, Irama, Loredana Bertè, Maneskin, Takagi & Ketra, Giusy Ferreri, Gue Pequeno, Gigi D’Alessio, Elettra Lamborghini, Anna Tatangelo, Baby K, Luca Carboni, Rocco Hunt, Stadio, Paola Turci, Max Pezzali, Ofenbach, Nek,  Giant Rooks, Dolcenera, Cristiano Malgioglio, Tiromancino, Le Vibrazioni, J-Ax, Tormento, Annalisa, Clementino, Bianca Atzei, Jake La Furia, Modà, Levante, Emis Killa, Francesco Gabbani, Enrico Nigiotti, Sergio Sylvestre, Alberto Urso, Giordana Angi, The Kolors, Elodie, Benji e Fede, Mondo Marcio, Dark Polo Gang, Chadia Rodriguez, Luchè, Fred De Palma con Ana Mena, Vegas Jones, Mr Rain e Martina Attili, Aiello, Mamasita u Gabri Ponteed.

Intant nhar il-Ġimgħa 21 ta’ Ġunju, Rai Uno mistenni jxandar it-tielet parti tas-SEAT Music Awards li fiha għandha tidher Emma Muscat flimkien ma’ Biondo jinterpretaw is-silta Avec Moi.

Oriġinarjament din is-serata kellha tixxandar f’data oħra iżda peress li l-kunċert dam aktar minn kif previst, ir-RAI iddeċieda li jaqsam dawn iż-żewġ serati fi tlett programmi, bl-aħħar parti tixxandar nhar il-Ġimgħa 21 ta’ Ġunju wara t-8.30pm.