Emirates tirritorna Malta biex timpjega iktar Cabin Crew

Il-linja tal-ajru Emirates qed torganizza Open Day għar-Reklutaġġ tal-Cabin Crew nhar is-Sibt 7 ta’ Mejju 2016 fid-9am fil-lukanda Le Meridien St Julians & Spa f'San Ġiljan. Din se tkun it-tieni darba li l-Emirates qed tfittex kandidati minn Malta din is-sena wara Frar 2016.
Emirates qed tfittex li timpjeġa nies iddedikati, dħulin, b’attitudini pożittiva u li lesti jagħtu l-għajnuna u s-servizz lill-klijent. L-applikanti jrid ikollhom 21 sena jew iżjed meta jkunu impjeġati u qed ikunu mitlubin li jissottomettu l-curriculum vitae (CV) bl-Inġliż flimkien ma’ ritratt tal-passaport fuq is-sit emirates.com/careers. Hu essenzjali li l-kandidati jkunu fluwenti bl-Ingliż u jkollhom tal-inqas iċ-ċertifikat mogħti fl-aħħar tal-iskola sekondarja. Il-kandidati jridu jilħqu għoli ta’ 212cm meta jogħlew fuq subgħajhom ta’ saqajhom.
L-applikanti qed ikunu mħeġġa biex jirreġistraw għal Open Day bil-quddiem permezz tal-websajt, filwaqt li jsibu aktar tagħrif dwar l-opportunitajiet ta’ karrieri mal-Emirates fis-sit
 www.emirates.com/careers.