Emirates tippremja lil ROCS Travel

Emirates ippremjat lil ROCS Travel bħala l-aqwa Passenger Sales Agent f’Malta għar-riżultati li nkisbu matul l-2014.
ROCS Travel hi waħda mill-kumpaniji ewlenin tal-ivjaġġar f’Malta. Aktar kmieni din is-sena, il-kumpanija tal-ivjaġġar inħatret minn Emirates Holidays bħala l-preferred agent tagħha f’Malta bil-ftuħ ta’ uffiċċju speċjalizzat f’Triq Sant Anna, il-Floriana.
Il-Viċi President għall-Operat Kummerċjali tal-Emirates, Thierry Aucoc, ippreżenta l-unur lid-Direttriċi ta’ ROCS Group, Rachel Vella, fil-preżenza tal-Maniġer tal-Emirates f’Malta, Paul Fleri Soler, u ċ-Chairman ta’ ROCS Group, Charles Vella. 
Emirates, konnettriċi globali ta’ persuni u destinazzjonijiet, inawgurat is-servizzi tagħha lejn Malta f’Marzu tal-1998. Bħalissa topera titjira skedata ta’ kuljum bejn Malta u Dubaj bl-għażla li l-vjaġġaturi minn Malta jieqfu f’Ċipru.
Artikli kummerċjali għandhom jintbagħtu fuq karl@newsbook.com.mt