Emirates telenka l-kisbiet ewlenin tagħha matul l-2015

Emirates, l-ikbar linja tal-ajru internazzjonali fid-dinja, temmet sena oħra ta’ tkabbir b’għadd ta’ kisbiet importanti marbutin mal-flotta u n-netwerk tagħha kif ukoll mal-inizjattivi li tieħu biex ittejjeb l-esperjenza tal-klijent. It-tkabbir tan-negozju tagħha ukoll ħalla impatt pożittiv fl-ekonomiji u fost il-komunitajiet li sservi.
Minn Jannar 2015, il-linja tal-ajru ġarret ’il fuq minn 51.3 miljun passiġġier, li jirrappreżentaw żieda ta’ 9 fil-mija iktar passiġġieri meta mqabbel matul l-istess perjodu tas-sena ta’ qabel. Il-linja tal-ajru serviet iktar minn 57 miljun ikla waqt it-titjiriet li telqu minn Dubaj, filwaqt li ħadet ħsieb ta’ iktar minn 35 miljun bagalja fl-ajruport ta’ Dubaj biss. 
Emirates żdidet 26 ajruplan ġdid fl-2015, fosthom 15-il A380, 10 Boeing 777-300ER u Boeing 777 freighter wieħed. B’hekk il-linja tal-ajru għalqet is-sena b’total ta’ 246 ajruplan fl-operat.
Il-linja tal-ajru ċċelebrat il-wasla tal-ajruplan tat-tip 777, li hu l-150 wieħed meta rċeviet tlett ajruplani, żewġ Boeing 777-300ER u Boeing 777 frieghter, f’ġurnata waħda f’Settembru li għadda. Fl-istess perjodu inkiseb Airbus A380 ġdid biex b’hekk issaħħet il-pożizzjoni tal-Emirates bħala l-ikbar operatur tal-ajurplani tat-tip A380 u Boeing 777. 
Matul id-Dubai Airshow li sar f’Novembru, Emirates introduċiet żewġ A380 b’konfigurazzjoni ta’ żewġ klassijiet mgħammra bil-kapaċità li jġorru 615 passiġġier.
Fl-2015 il-linja tal-ajru kompliet tespandi n-netwerk tagħha biex issa tinkludi 150 destinazzjoni. Fost id-destinazzjonijiet il-ġodda għall-passiġġieri hemm Bali, Multan, Orlando, Mashhad, Bolonja u Sabiha Gokcen fl-Istanbul. Għal destinazzjonijiet li huma cargo-only, il-linja tal-ajru żdidet lil Ouagadougou (Burkina Faso), Columbus (fl-Istati Uniti) u Ciudad del Este, (Paragwaj). Barra minn hekk, Emirates żiedet il-frekwenzi tat-titjiriet u tejbet il-kapaċità ta’ ġarr lejn għadd ta’ destinazzjonijiet fin-netwerk tagħha.
F’Awwissu, Emirates ħabbret pjanijiet biex tniedi titjiriet lejn Panama City, mill-1 ta’ Frar 2016.
Fl-2015, Emirates żiedet in-numru ta’ ibliet li sservi bl-ajruplan A380 għal 36. Matul is-sena Emirates inawgurat servizzi ta’ darba bl-A380 lejn seba’ destinazzjonijiet fosthom, Praga, Taipei, Brussel, Sao Paulo, Cologne, Manama u Doha. 
Dan minbarra l-investiment tal-kumpanija biex tittejjeb l-esperjenza tal-klijenti u ħafna iżjed.