Emirates ittir lejn 18-il destinazzjoni fi Lvant Imbiegħed

Mill-Ġappun għat-Tajlandja, mit-Tajlandja għall-Vjetnamm, mill-Vjetnamm għall-Malasja u mill-Malasja għall-Indonesja.
Din kienet l-esperjenza kulinarja li l-linja tal-ajru Emirates, permezz tar-ristorant The Rickshaw fil-Corinthia Palace ta’ Ħ’Attard, tat lill-membri tal-media b'apprezzament għall-appoġġ tagħhom.
Paul Fleri Soler, Maniġer tal-Emirates f’Malta, qal li l-linja tal-ajru mhux biss riedet turi apprezzament lill-media għall-appoġġ tagħha tul is-sena, iżda riedet li tagħmel dan b’esperjenza minn ħamsa mit-18- il destinazzjoni li ttir lejhom Emirates fi Lvant Imbiegħed, permezz tal-hub li għandha f’Dubaj.
Bi professjonalità kbira, l-Executive Chef tal-Corinthia Palace, Stefan Hogan, ħejja menu bi platti li ħadu lil kull mistieden f’destinazzjonijiet differenti li l-Emirates ittir lejhom. Dawn kienu ċ-Ċina, il-Ġappun, l-Indonesja, it-Tajlandja, Singapor u l-Malasja.
Madwar is-sitt kontinenti fid-dinja, Emirates ittir lejn iktar minn 140 destinazzjoni, preċiżament 149 f' sittin pajjiż u territorju, inkluż 16-il destinazzjoni fejn titwassal merkanzija biss.
Dan kollu jsir b’ajruplani Boeing 777-300ER u A380.
Minn Malta, Emirates ittir kuljum lejn Dubaj b’waqfa f’Larnaca, f’Ċipru. B’ajruplani A330-200.