Eminem jiżvela kif kważi miet f’diska ġdida

Eminem żvela kif kważi miet minħabba l-użu eċċessiv tad-droga 10 snin ilu.
F’intervista mal-midja internazzjonali l-mużiċist Amerikan stqarr kif fl-2007 kien kważi miet meta abbuża mis-sustanza tal-methadone.
Hu qal li fil-kanzunetta tiegħu li ħareġ din is-sena bl-isem Arose fl-album il-ġdid tiegħu Revival jirreferi għall-esperjenza tiegħu meta kien qiegħed l-isptar jiġġieled il-konsegwenzi li ġab miegħu dan l-abbuż u dwar kif dan ħallieh f’xifer il-mewt.
F’Arose il-kantant ta’ 47 sena jindirizza lill-membri tal-familja li jkunu ħdejn is-sodda tal-mewt id-dispjaċir tiegħu għal dak li kien għaddej minnu.
Fil-passat Eminem irrefera għall-abbuż li kien għamel mid-droga permezz tad-diski Relapse u Deja Vu, pero Arose qed titqies l-iktar kanzunetta li fiha esprima l-uġiegħ tiegħu u dak li għadda minnu.