Filmat: Emilio se jsalva?

Illejla fuq TVM se titwassal il-11-il puntata mis-sensiela F’Ġieħ l-Imħabba hekk kif naraw jekk Emilio salavx wara l-attentat li sar fuq ħajtu fil-puntata tal-ġimgħa l-oħra.

Emilio x’se jgħid lil  Laura dwar ħuh iż-żgħir Luigi? X’ġaralu Emilio? Min se jċempel lil Ġiuseppe u x’se jgħidlu? Ġużi u Laura jmorru l-isptar. Min se jmur ukoll u x’se tgħidilha Ġużi?

Ritratt: Ivan Borg

X’se jgħid it-tabib dwar is-sitwazzjoni? Bertu x’se jmur jagħmel għand Fredu? Għaliex inkwetat ħafna? X’se jgħidlu u x’beħsiebhom jagħmlu?

Il-familja Cannavó se tiltaqa’ fid-dar ta’ Ġiuseppe. X’se jkunu qed  jiċċelebraw?

Ritratt: Ivan Borg

Riccardo għaliex jinsab inkwietat u jmur għand Giuseppe?

Salvatore x’se jgħidilhom lill-mistednin?

Ritratt: Ivan Borg

X’aħbar se jtihomu u għaliex Karla se titlaq tiġri ‘l barra?

Dan hu dak li ġara fil-puntata tal-ġimgħa l-oħra:

F’Ġieħ L-Imħabba għandu kitba ta’ Michael Vella Haber u Evelyn Saliba La Rosa u produzzjoni ta’ Rewind.