Emerġenza f’Kalifornja; rekord ta’ nirien

L-akbar nirien mifruxa f’Kalifornja kisru kull rekord minħabba li l-kundizzjonijiet sħan u r-riħ li ħalla eluf ta’ pumpiera jiġġieldu tmien nirien maġġuri li ma humiex taħt kontroll madwar dan l-istat Amerikan.

Il-Kumpless Mendocino kiber għal 283,000 ettari meta żewġ nirien ingħaqdu ma’ xulxin fit-tarf tan-nofsinhar tal-Foresti Nazzjonali Mendocino, id-Dipartiment tal-Forestrija u l-Protezzjoni tan-Nirien ta’ California qal.

Dawn huma l-akbar tmien nirien maġġuri li ma humiex taħt kontroll madwar Kalifornja, u ġiegħlu lill-President Amerikan Donald Trump jiddikjara “diżastru kbir” fl-istat.