L-FKNK b’rapport legali lill-Gvern minħabba emendi inġusti

Il-Federazzjoni Kaċċaturi Nassaba Konservazzjonisti (FKNK) ikkummissjonat rapport legali lill-Gvern Malti għaliex qiegħda tqis erba’ emendi tal-Gvern dwar l-insib tal-imlievez u l-pluvieri inġusti.

Fi stqarrija, l-FKNK qalet li filwaqt li għall-ewwel laqgħet b’sodisfazzjon id-Dikjarazzjoni dwar Deroga għall-Istaġun tal-Insib fil-Ħarifa tal-2018 għall-Malvizz u l-Pluviera, ma setgħetx toqgħod milli tikkummenta dwar id-diżapprovazzjoni tagħha ta’ erba’ emendi li qegħdin jinkwetaw lin-nassaba.

Hija kkummissjonat rapport legali li jindirizza dawn l-emendi li ppreżentatu lill-Gvern u anke lill-Kummissjoni Ewropea.