emCare tniedi PocketPal

emCare riċentement nediet PocketPal flimkien ma’ Lloyds Pharmacy waqt il-Bournemouth Care Show. PocketPal ġie mfassal biex jipprovdi viżibbiltà, effiċjenza u redikont tas-servizz li jingħata, għal dawk il-kumpaniji li jieħdu ħsieb lil individwi fi djarhom.
Is-soluzzjoni tipprovdi lill-ħaddiema ta’ dawn il-kumpaniji, li jkollhom bżonn jivjaġġaw u jżuru djar differenti, bl-iskeda tal-ġurnata, kif ukoll bil-profili tal-klijenti, id-dettalji ta’ kuntatt u direzzjonijiet bil-GPS. Il-ħaddiema jistgħu jimmarkaw il-lista li jkollhom għall-ġurnata, malli jlestu minn xi ħaġa li tkun imniżżla f’din l-istess lista, jieħdu xi noti, kif ukoll jirrappurtaw kwalunkwe inċidenti.
L-informazzjoni elettronika u aġġornamenti immedjati oħra jintbagħtu mingħand il-ħaddiem lill-uffiċċju prinċipali u viċi versa, u bhekk l-amministraturi jkunu jistgħu jaġġornaw l-lista tal-appuntamenti tal-ħaddiema mill-uffiċċju u jiskedaw mill-ġdid affarijiet li jridu jsiru f’ħin reali. 
Karatteristiċi oħra ta’ PocketPal jinkludu dashboard għall-amministraturi li turi b’mod grafiku l-listi tal-appuntamenti, rendikont komplet tal-konsumaturi, il-klijenti, il-ħaddiema u l-amministrazzjoni, u l-ġenerazzjoni ta’ rapporti elettroniċi għal kollox minn xi ħaġa sempliċi bħall-filing tal-uffiċċju sa aġġornamenti għall-familjari tal-individwi li jirċievu s-servizz. Sabiex titnaqqas il-possibbiltà ta’ żbalji “umani”, jistgħu jinħolqu wkoll templates u l-informazzjoni tista’ timtela wkoll minn qabel skont varjetà ta’ fatturi. Jekk xi ħaġa li tkun imniżżla fil-lista ma titwettaqx, PocketPal jiġġenera workflow biex javża lill-ħaddiem li forsi jkun jixtieq  jirrapporta raġuni valida.
Filwaqt li kien qed jitkellem matul it-tnedija ta’ PocketPal, Roland Cachia, il-Maniġer Ġenerali ta’ emCare qal li “l-Care Show hija waħda mill-ikbar avvenimenti fil-kura tas-saħħa u għandha rwol importanti biex tgħaqqad il-professjonisti tal-industrija biex jiddiskutu u jiddibattu kwistjonijiet ewlenin, u jesploraw opportunitajiet biex jipprovdu u jimmaniġjaw kura ta’ kwalità għall-popolazzjoni li dejjem tkompli tikber.” 
Artikli kummerċjali għandhom jintbagħtu fuq karl@newsbook.com.mt