emCare b’apparat li jaqra l-livell taz-zokkor u l-pressjoni fid-demm

emCare esebixxiet waħda mis-soluzzjonijiet ta’ saħħa u kura tagħha, SCOPE waqt avveniment organizzat minn Atlas Insurance bħala parti mill-isponsorship tagħha ta’ Saħħtek: L-Istudju tal-Università ta’ Malta dwar il-Benesseri u s-Saħħa.
Imsemmija għal “Safely Communicating health Observations in a Productive and Efficient way”, SCOPE tippermetti lill-individwi jagħmlu testijiet mediċi ta’ rutina u jaqraw ir-riżultati b’mod elettroniku permezz ta’ apparat għall-monitoraġġ tas-saħħa. Fost dan l-apparat hemm wieħed għall-qari taz-zokkor fid-demm u tal-pressjoni fid-demm. Meta individwu jiċċekkja s-sinjali vitali tiegħu, ir-riżultati awtomatikament jiġu trasferiti mill-apparat għal pjattaforma onlajn, u b’hekk jiġi aġġornat ir-rekord mediku elettroniku tal-persuna.
SCOPE tanalizza wkoll ir-riżultati mediċi tal-persuna hekk kif tqabbilhom mal-limiti mediċi tagħha, biex b’hekk tiġbed l-attenzjoni tat-tobba u l-familjari jekk ir-riżultati jaqbżu dawn il-limiti. F’tali każijiet, SCOPE tiġġenera rapport ta’ emerġenza bl-informazzjoni kollha meħtieġa għad-dħul fl-isptar b’għafsa ta’ buttuna, jekk ikun hemm bżonn.
Il-Monitor taz-zokkor  fid-demm li jiġi ma’ SCOPE jgħin lil dawk li jużawh janalizzaw il-progress tagħhom sabiex jilħqu l-miri ġenerali ta’ trattament, jifhmu kif fatturi oħra, bħal mard u stress jaffettwaw dawn il-livelli, iħarsu l-effett tal-mediċini tad-dijabete fuq il-livell taz-zokkor fid-demm, kif ukoll jidentifikaw livelli ta’ zokkor fid-demm li huma wisq baxxi jew għoljin u għalhekk, perikolużi.   
Peress li Saħħtek hu maħsub biex jiddetermina l-proporzjon u n-numru ta’ persuni li jsofru mid-dijabete, pressjoni għolja b’mod anormali, nuqqas ta’ attività fiżika, hyperlipidaemia u obeżità li jgħixu f’Malta bħalissa, l-avveniment kien opportunità eċċellenti għal emCare biex tqajjem kuxjenza dwar l-importanza li tintuża l-aħħar teknoloġija għall-ħolqien ta’ rekords mediċi elettroniċi preċiżi u aġġornati.  
Matul l-istess attività, emCare esebixxiet ukoll l-emCareMobile phone, li wkoll jista’ jiġi b’apparat differenti għall-monitoraġġ ta’ saħħa f’ħin reali. L-apparat kollu jista’ jaqbad bil-Bluetooth u r-riżultati jidhru fuq l-apparat u jiġu trasmessi direttament għal pjattaforma onlajn, sabiex tittieħed azzjoni immedjata jekk ikun hemm bżonn.
Tgħallem iktar dwar emCare u l-varjetà ta’ prodotti u servizzi tagħhom billi żżur www.emcarepro.com jew il-paġna ta’ Facebook ta’ emCare fuq www.facebook.com/emcare360.
Artikli kummerċjali għandhom jintbagħtu fuq karl@newsbook.com.mt